“Il-moviment li bena Joseph Muscat qed jixxaqqaq”, qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-aħbar dwar ir-riżenja ta’ Marlene Farrugia.
Fi tweet, Simon Busuttil qal li n-nies qed jibdew jaraw il-verita’.
Ftit tal-ħin ilu sar magħruf li d-Deputat Marlene Farrugia rriżenjat mill-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista wara li vvutat kontra l-Gvern f’vot li ttieħed dwar emenda li ressqet l-Oppożizzjoni.
Dan meta kienet qed tiġi diskussa l-liġi li ressaq il-Gvern, u li biha se jifred il-MEPA.
Intant, il-Partit Laburista fi stqarrija qal li l-Prim Ministru aċċetta r-riżenja ta’ Marlene Farrugia mill-Grupp Parlamentari Laburista u mill-Partit Laburista.
Fl-istqarrija, l-Prim Ministru rringrazzja lil Marlene Farrugia għall-ħidma tagħha fil-Partit Laburista fis-snin li għaddew u awguralha għall-futur.
//= $special ?>