Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li r-riżenja ta’ Marlene Farrugia mill-Partit Laburista hija prova li l-Moviment li bena Joseph Muscat qed ikompli jixxaqqaq.
Marlene Farrugia telqet mill-Partit Laburista għax fehmet li l-Moviment ta’ Joseph Muscat huwa mibni fuq l-ingann.
Dan wara li llum stess il-Gvern ta’ Joseph Muscat reġa mar kontra dak li kien wiegħed fil-Manifest Elettorali tiegħu stess. F’paġna 154 il-Manifest jgħid “Nagħmlu hearings Parlamentari għal persuni li jkunu nominati biex imexxu l-funzjonijiet regolatorji u regolaturi.” Iżda llum fil-Parlament il-Gvern Laburista vvota kontra emenda tal-Oppożizzjoni għall-liġi dwar l-Awtorita’ tal-Ambjent li permezz tagħha l-Oppożizzjoni talbet li ċ-Chairperson tal-Awtorita’ tal-Ambjent jgħaddi minn skrutinju parlamentari (hearing) wara li jkun ġie nominat mill-Gvern.
Din l-emenda tal-Oppożizzjoni sabet l-appoġġ ta’ Marlene Farrugia iżda l-Gvern ta’ Joseph Muscat vvota kontra tagħha.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar u aktar nies qed jaraw il-maskla ta’ Joseph Muscat taqa’.
//= $special ?>