Isir is-7 edizzjoni tal-Malta iGaming Seminar
Il-Gvern għandu jkun pro-attiv fil-qasam tal-igaming u jagħmel it-titjib neċessarju biex il-pajjiż ikompli jimrah f’dan il-qasam li kien imwelled minn Gvern Nazzjonalista.
Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Gamin Kristy Debono qalet dan meta kienet qed tattendi għall-Malta iGaming Seminar.
Il-Malta iGaming Seminar, mifrux fuq jumejn, għandu l-għan li jlaqqa’ l-istakeholders internazzjonali fl-industrija tal-gaming, u sar għall-ewwel darba f’Malta seba’ snin ilu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, is-seminar baqa’ jsir sena wara l-oħra.
F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, Kristy Debono fakkret li l-qasam tal-gaming kien imwelled mill-Gvern Nazzjonalista madwar għaxar snin ilu iżda issa wasal iż-żmien li s-settur ikun imġedded b’liġijiet aġġornati li jkunu jirriflettu t-tibdil f’dan il-qasam.
F’dan is-sens, Kristy Debono appellat lill-Gvern biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex is-settur tal-gaming f’Malta jibqa’ jkun attraenti.
In-Nazzjon ħa l-kummenti ta’ Jeremy Buttigieg, Chief Operation Officer ta’ Remax Malta, li kienet waħda mill-organizzaturi ta’ dan is-seminar.
Hu spjega li madwar 450 persuna jinsabu f’Malta għal dan is-seminar ta’ jumejn b’aktar minn 60 kelliema li qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’dan il-qasam.
//= $special ?>