Ġurnali Ingliżi qed jirrappurtaw l-istorja ta’ raġel mill-Kongo li b’att erojku salva tfajla minn baraxx ta’ bullets li ġew sparati lejn ir-restaurant Franċiż ‘La Belle Equipe’ – wieħed mill-postijiet li kien fil-mira tat-terroristi nhar il-Ġimgħa filgħaxija.
Ludo Boumbas (ritratt) salva l-ħajja ta’ Chloe Clement, li sal-bieraħ kienet għadha rikoverata fl-isptar u kontinwament qed tirrepeti l-isem ta’ dan l-iswed li salvalha ħajjitha.
Chloe kienet qed tiekol fir-restaurant mal-ħbieb tagħha li flimkien kienu qed jiċċelebraw il-birthday ta’ ħabiba tagħhom. L-attakk fuq ‘La Belle Equipe’ tqwettaq minn żewġ persuni armati.
Ludo ssagrifika lilu nnifsu b’mod erojku u spiċċa miet fil-post.
Ir-raġel mill-Kongo kienu ukoll parti mill-ikla tal-birthday li kienet qed issir f’dan ir-restaurant.
//= $special ?>