Internazzjonali

L-attur Charlie Sheen jiżvela li għandu l-HIV

L-attur popolari Amerikan Charlie Sheen żvela li għandu l-HIV, il-virus li jista’ jwassal għall-marda tal-AIDS.
Hu żvela dan f’intervista mal-istazzjon Amerikan NBC.
Sheen qal li hu kien sab li kellu l-HIV erba’ snin ilu u kien nefaq miljuni ta’ dollari biex iżomm dan kollu sigriet. Dan wara li ħbieb li magħhom fetaħ qalbu spiċċaw biex bdew jirrikattawh li jmorru għand il-midja b’dak li kien qalilhom.
Sheen qal li issa jħossu qisu neħeles minn ħabs peress li ħadd mhu se jkun jista’ jirrikattah aktar. Sheen qal li hu ma jemminx li infetta lil xi ħadd ieħor imma ma kellux idea kif spiċċa infettat bl-HIV.
Sheen kien akkumpanjat mit-Tabib tiegħu Robert Huizenga li stqarr li Sheen ma kellux l-AIDS għaliex il-kura li ngħatat għall-HIV kienet suċċess u l-marda kienet kontrollata.