Kurżitajiet

L-Awstralja mistiedna terġa’ tipparteċipa fil-Eurovision

L-Awstralja aċċettat l-istedina biex terġa’ tipparteċipa fil-Eurovision. L-edizzjoni li jmiss se ssir fi Stokkolma, fl-Iżvezja.
Fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision, li saret fi Vjenna, fl-Awstrija, l-Awstralja kienet mistiedna tipparteċipa bħala parti mis-60 anniversarju tal-Eurovision u l-kanzunetta Awstraljana ‘Tonight Again’ minn Guy Sebastian, kienet spiċċat fil-ħames post.
S’issa mhux magħruf jekk l-Awstralja hix se tispiċċa preżenza permanenti fl-Eurovision iżda Jon Ola Sand, executive supervisor tal-Eurovision, qal li hemm il-fehma li l-Eurovision għandu jittrasforma ruħu f’avveniment globali u l-parteċipazzjoni Awstraljana kienet pass f’dik id-direzzjoni.
SBS Television, ix-xandir pubbliku Awstraljan, ikkonferma l-parteċipazzjoni għas-sena d-dieħla.