Lokali

Ma tibqax fil-periklu tal-mewt it-tfajla li kienet għall-kura fl-ITU wara l-inċident f’Paceville

It-tfajla ta’ 13-il sena li kienet fost 74 żagħżugħ u żagħżugħa li nhar il-Ħadd weġġgħu f’Paceville u li kienet qed tinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, qalbet għall-aħjar tant li nħarġet minn din it-taqsima.

Sal-bieraħ fl-ITU kien għad hemm ukoll tfajla oħra, ta’ 15-il sena, li fortunatament hi wkoll qalbet għall-aħjar u ġiet trasferita għal sala oħra.

Filwaqt li sal-bieraħ kien għad baqa’ seba’ pazjenti li kienu għadhom qegħdin jingħataw kura fl-isptar Mater Dei, illum in-numru ta’ pazjenti niżel għal erbgħa.