Il-President Marie Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sindku tan-Nadur Edward Said inawguraw xog]olijiet estensivi li saru fl-aħħar xhur fi Pjazza San Pietru u San Pawl fin-Nadur. Din l-inawgurazzjoni saret waqt ċeremonja li nżammet nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru fl-istess Pjazza.
Fid-diskors tagħha l-President saħqet fuq l-importanza tal-kontinwita’ u l-ghaqda, u qalet li meta jkun hemm dawn il-fatturi jinġiebu riżultati tajbin bħal ma qed iġib il-Kunsill Lokali tan-Nadur għall-gid tar-residenti tal-lokalita’ tiegħu.
Il-President faħħret d-deċiżjoni tal-Kunsill tan-Nadur li jagħti lura l-pjazza lin-nies u ma tibqax post fejn jipparkjaw il-karozzi. Fissret kemm hu importanti li n-nies ma jibqgħux biss wara l-computer imma jiltaqgħu, jiddiskutu u jissocjalizzaw.
Is-Sindku tan-Nadur Edward Said fisser li biex l-Kunsill wasal biex jaghmel dan il-progett kellha tittiehed decizjoni kuraġġjuza li l-pjazza ewlenija tan-Nadur ma tibqax parkeġġ għall-karozzi imma tingħata lura lin-nies. Is-Sindku irringrazzjak lil dawk kollha li hadmu biex dan il-progett isir realta’ fosthom il-Kunsill u Sindku precedenti li ippjanaw u ġabu l-fondi għal dan il-progett.
Edward Said fisser li dan huwa progett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja li sewa ftit anqas minn nofs miljun euro. Is-Sindku qal li ser ikompli t-tisbiħ tal-pjazza prinċipali b’ izjed inizjattivi fix-xhur li ġejjin.