Żagħżugħ ta’ 17-il sena hu t-tieni persuna arrestata mill-Pulizija b’rabta mal-inċident gravi li seħħ is-Sibt li għadda f’Paceville.
Ilbieraħ, sar magħruf li l-Pulizija arrestat żagħżugħ ieħor, ta’ 18-il sena minn San Ġiljan, akkużat li allegatament għamel użu minn reċipjent tal-gass.
Kawża ta’ dak li seħħ fl-istabbiliment, 74 żagħżugħ u żagħżugħa weġġgħu wara li ċeda bihom il-poġġaman. Dan wara li ż-żgħażagħ qalu li ħassew ħruq qawwi kawża ta’ xi gass li kien hemm fl-arja.
Hu mifhum li, bħala parti mill-investigazzjonijiet tagħha, il-Pulizija qed tifli sew il-filmati mill-cameras tas-sigurtà fl-istabbiliment fejn seħħ il-każ.
//= $special ?>