Internazzjonali

AĠĠORNATA BIL-FILMATI: Żewġ vittmi oħra f’Pariġi; assedju fuq appartament f’Saint Denis

Kmieni dalgħodu ammont kbir ta’ sparaturi instemgħu fit-tramuntana ta’ Pariġi fiz-zona ta’ Saint Denis hekk kif il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għat-terroristi li għandhom rabta mal-massakru f’Pariġi l-ġimgħa li għaddiet.

Il-vittmi f’dawn l-isparaturi jidher li kienu tnejn. Waħda mill-mejta hija mara, li splodiet lilha innifisha.

saint denis

Mill-ewwel rapporti fil-media Franċiża jidher li hemm ukoll pulizija midruba.

sparatura 3

Dan l-inċident ikompli jżid mat-tensjoni li diġa teżisti fi Franza.

Intant ilbieraħ filgħaxija fil-Ġermanja tħassret il-logħba ta’ ħbiberija bejn il-Ġermanja u l-Olanda wara li ftit qabel il-logħba l-awtoritajiet Franċiżi wissew lil dawk Ġermaniżi li kellhom informazzjoni li kien se jitwetta attakk simili għal dak li seħħ Pariġi qrib l-istadium fejn kienet se tintlagħab il-logħba.