L-attakkant ta’ Milan Mario Balotelli se jkollu jiġi operat minħabba injury fil-groin u se jdum barra mill-azzjoni sa Jannar. Balotelli, li hu ta’ Liverpool u hu misluf lir-Rossoneri, ilu ma jilgħab mill-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru u oriġinarjament kien hemm rapporti li qalu li dan jista’ jdum tliet xhur barra, imma issa jidher li dan se jdum biss sa Jannar. Dan l-istaġun Balotelli lagħab erba’ partiti ma’ Milan.
Intant, il-midfielder ta’ Milan Nigel de Jong mhux se jilgħab fil-logħba ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Juventus minħabba li jinsab imweġġa’. Milan ilhom ma jitilfu ħames partiti fil-kampjonat u attwalment qegħdin żewġ punti fuq iċ-champions Taljani.
//= $special ?>

