David Moyes żvela li qabel ma tkeċċa minn ma’ Real Sociedad, irrifjuta diversi offerti mingħand ħafna klabbs. Fl-10 ta’ Novembru, Moyes tkeċċa minn ma’ Real Sociedad, eżatt sena wara li kien ilu jmexxi lil dan il-klabb. L-ekskowċ ta’ Everton u Manchester Utd tkeċċa wara li Sociedad sofrew telfa ta’ 2-0 kontra Las Palmas. B’din it-telfa, Sociedad jinsabu żewġ punti ’l bogħod mill-aħħar post fil-La Liga wara 11-il logħba.
F’kummenti li ta, Moyes esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li skont hu ma ngħatax ċans mid-diriġenti wara li fl-istaġun li għadda għen lit-tim isalva postu fl-ogħla diviżjoni Spanjola.
“Ninsab diżappuntat li tkeċċejt. Meta kont maħtur kowċ ta’ Sociedad, l-għan prinċipali kien li t-tim isalva postu fil-La Liga u dan l-għan ilħaqtu. Dan l-istaġun tjibna fil-logħob tagħna u r-rebħa li kisbna kontra Barcelona kienet waħda memorabbli. Diżappuntat li tkeċċejt, speċjalment meta tqis li matul l-aħħar xhur irrifjutajt diversi offerti ta’ klabbs minn madwar l-Ewropa,” qal Moyes.
L-eksassistent kowċ ta’ Barcelona, Eusebio Sacristan, ħa post Moyes.
//= $special ?>
