Internazzjonali

“Diesel” – il-kelba li miet għall-ideali tal-liberta’

Il-kelba tal-Pulizija li nqatlet fl-operazzjoni li kien hemm f’Saint-Denis dalgħodu ġiet identifikata bħala Diesel – kelba li spiċċat mietet meta sparaw fuqha, qabel waħda mit-terroristi splodiet lilha innifisha.

Diesel kienet tagħmel parti mill-iskwarda tal-Pulizija Franċiża fil-kapitali Pariġi, u kienet imħarġa fil-ħidma kontra t-terroriżmu. Din il-kelba tal-Pulizija kellha 7 snin.

Illum Diesel saret simbolu tal-ġlieda għal-liberta’ – simbolu tal-gwerra li qed tagħmel Franza kontra t-terroriżmu.

Diesel kienet kelba tar-razza Belgian Shepherd, u l-mewt tagħha ġiet imfissra bħala telfa ta’ “kollega li iddefendiet l-kuluri tal-pajjiż”.

Wara li nqatlet, il-Pulizija Franċiża mal-ewwel sellmet lil Diesel permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.