Internazzjonali

Evakwat stazzjoni tal-Underground f’Londra…minħabba theddid b’imqass

Għall-ħabta tas-2:30pm, Pulizija armati evakwaw l-stazzjoni Tooting Broadway f’Londra.

Rapporti qed jgħidu li l-evakwazzjoni intalbet minħabba raġunijiet ta’ sigurta’. Jidher kollox beda meta raġel beda jhedded xi nies b’imqass.

Nies li kkummentaw fuq Twitter qalu li l-istazzjon tal-Underground jinsab magħluq u fil-post hemm preżenza qawwija tal-Pulizija.

Tooting Broadway tinsab fin-Northern Line, li hija l-linja tat-tube immarkata bl-iswed.