Internazzjonali

FILMAT: il-mument li fih ġie arrestat wieħed mit-terroristi

Fuq l-internet tpoġġa filmat miġbud bil-mobile illi juri il-mument li fih il-Pulizija Franċiża arrestaw wieħed mit-terroristi li kien qed jistaħba f’appartament ġewwa d-distrett ta’ Saint-Denis.

Fil-filmat tidher il-pjazza tal-kumpless kummerċjali C&A li f’dak il-ħin kienet kompletament vojta minħabba li l-Pulizija evakwaw lil kulħadd. F’dan il-post hemm ukoll l-entratura għall-metro li issoltu tkun maħnuqa bin-nies.

Fil-filmat il-membri tal-iskwadra SWAT jinstemgħu jordnaw lis-suspettat jinżel mal-art u jdawwar wiċċu.