Lokali

Fine Arts Auction b’risq il-Malta Community Chest Fund

Tnediet il-Fine Arts Auction, li ghall-ewwel darba qed issir fil-Palazz Verdala.

Matul il-Fine Arts Auction hemm aktar minn hamsin opra ta’ arti minn artisti rinomati lokali u internazzjonali b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Iċ-Chairman tal-kumitat tal-Fine Arts Auction, Mario Gauci Junior, spjega kif madwar ħamsin artist lokali u internazzjonali għoġobhom jagħtu minn qalbhom l-arti tagħhom biex permezz tagħha jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Min hu interessat li jixtri uħud mill-arti esebita jista’ jmur il-Palazz Verdala mill-lum sal-21 ta’ Novembru, bejn l-10am u s-6pm biex ikun jista’ jara l-opri artistiċi li se jkunu qed jiġu rkantati s-Sibt li ġej fil-Palazz Verdala fis-7pm.

Min huwa interessat fl-arti li se tiġi rkantata s-Sibt jista’ jagħmel l-offerta tiegħu billi jagħmel kuntatt mas-segretarja tal-kumitat fuq 7901 7158 bil-għan li jkun jista’ wkoll jattendi għas-serata ta’ rkant is-Sibt li ġej.