Lokali

Għalissa l-Pulizija m’hi se tressaq lil ħadd

Il-Pulizija m’hi se tressaq lil ħadd għalissa dwar l-inċident li seħħ f’Paceville u li fih indarbu 74 persuna meta ċeda poġġaman tal-ħġieġ.

Il-Pulizija qalet li peress li f’dan il-każ hemm diversi materji li jridu jiġu kkunsidrati, il-Pulizija se tistenna l-eżitu tal-Inkjesta Maġisterjali qabel ma tipproċedi kontra xi persuna jew persuni.

Fl-aħħar jiem sar magħruf li l-Pulizija kienet qed iżżomm żewġ żgħagħżagħ b’rabta ma’ dan il-każ, fosthom żagħżugħ ta’ 17-il sena u ieħor ta’ 18-il sena. Huma kienu qed jinżammu dwar allegazzjoni li tefgħu pepper spray li seta’ kkawża ‘stampede’ fl-istabbiliment Plus One.