Lokali

“Għallinqas illejla se jkunu kuntenti” – Rene Rossignaud

Grupp Maltin ma ħasbuwiex darbtejn biex nisslu tbissima fuq familja refuġjata, meta għamlulhom xirja f’ħanut f’Istanbul.

Il-familja, ta’ omm u żewġt itfal, ħarbet minn pajjiżha, is-Sirja, minħabba l-gwerra u issa qed jgħixu fit-toroq ta’ Istanbul. L-omm trid titma lit-tarbija tagħha tat-twelid u lil tifla ta’ 4 snin.

Filmat li ttella’ fuq il-media soċjali juri l-mument meta l-Maltin taw il-basktijiet bl-ikel u oġġetti oħra lill-omm.

Rene Rossignaud, li qasam din l-esperjenza fuq il-media soċjali qal “ma jimpurtax x’reliġjon hi… refuġjat jibqa’ refuġjat” u kompla li “għallinqas, illejla se jkunu kuntenti.”