Waqt minuta silenzju fi grawnd f’Istanbul fit-Turkija, għall-vittmi tal-attakki terroristiċi f’Pariġi, allegatament kien hemm għajjat ta’ “Buuu” u “Allahu Akbar”.
Il-minuta silenzju seħħet qabel bdiet il-partita ta’ ħbiberija bejn it-Turkija u l-Greċja, li spiċċat 0-0. Ġurnali li rrappurtaw l-allegat ibbuwjar qalu li minkejja li kienet logħba ta’ ħbiberija, kien hemm tensjoni wara dak li seħħ waqt il-minuta li kellha turi rispett.
Wara l-logħba, il-kowċ tat-Turkija, Fatih Terim, kien ikkwotat li qal li s-sostenituri messhom ġabu ruħhom tajjeb waqt l-innijiet nazzjonali u waqt il-minuta silenzju. Qal li l-Greċja hi l-ġara tat-Turkija u li l-ġurnata kellha sinjifikat qawwi għaż-żewġ pajjiżi ġirien, imma li s-sostenituri Torok ma ġabux ruħhom ta’ ġirien.
Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu u dak Grieg Alexis Tsipras raw il-logħba flimkien, f’sinjal ta’ rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi li r-relazzjoni tagħhom matul l-istorja batiet minħabba diffikultajiet bejn iż-żewġ ġirien fil-passat.
Din kienet l-ewwel darba li ż-żewġ timijiet iltaqgħu fi tmien snin.
//= $special ?>