Internazzjonali

Is-Senegal jipprojbixxi l-burka

Il-Gvern tas-Senegal ħabbar li kien se jipprojbixxi li n-nisa jilbsu l-burka f’postijiet pubbliċi. Dan fi sforz biex irażżan l-attività minn estremisti Iżlamiċi.
Abdoulaye Daouda, il-Ministru tal-Intern tas-Senegal, iċċara wkoll li dan il-pass ma jistax jitqies bħala anti-Iżlamiku peress li l-maġġoranza fil-pajjiż kienet ta’ twemmin Musulman, iżda din kienet kwistjoni ta’ siġurtà nazzjonali.
Dan il-pass ittieħed hekk kif fis-Senegal qed tiżdied it-theddida mill-Boko Haram u diġà kien hemm erba’ imami fil-pajjiż li kienu arrestati minħabba rabtiet mal-militanti Iżlamiċi tal-Boko Haram.
Iċ-Chad ukoll ipprojbixxa l-użu tal-burka għall-istess raġunijiet.