Il-Ġappun għeleb lill-Kambodja 2-0 imma ma impressjonax. B’din ir-rebħa il-Ġappun iddefenda l-ewwel post fil-grupp u għandu punt vantaġġ fuq is-Sirja li rebħet 2-1 kontra Singapore. Il-Kambodja offrew sfida denja u sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu dak ta’ 0-0.
Żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima il-Ġappun kellhom ċans imorru fil-vantaġġ meta ingħataw penalty hekk kif Kagawa twaqqa’ fil-kaxxa minn Nen Sothearath imma Okazaki naqas milli jisb ix-xibka mill-11-il metru. Madankollu, fit-52 minuta l-istess OKAZAKI patta għal dan l-iżball meta skurja b’daqqa ta’ ras għal 1-0. Fl-aħħar minuta l-plejer offensiv ta’ Milan HONDA ssiġilla l-partita b’gowl ieħor.
//= $special ?>

