“Din hi kaxxa magħluqa li tkun qed tistenniek wara kantuniera u tqawwi qalbek meta tkun taf li hemm xi ħadd li se jgħinek.”
Dan hu wieħed fost ħafna kummenti ta’ Maltin li jgħixu f’Sutton fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares.
Ftit tal-jiem ilu, crew ta’ Net News tela’ l-Ingilterra fejn iltaqa’ ma’ Maltin li qed jirċievu l-għajnuna mingħand Puttinu Cares.
Għal dawn l-aħħar snin, din il-fondazzjoni għenet mijiet ta’ pazjenti u l-familji tagħhom billi tipprovdi akkomodazzjoni waqt li jkunu għaddejjin bil-kura tagħhom.
Servizz: Kenneth Xuereb. Filmati: Victor Abela.
//= $special ?>