Internazzjonali

L-AĦĦAR ŻVILUPPI: mara tisplodi lilha nnifisha f’Saint-Denis

TKOMPLI L-ĦIDMA KONTRA T-TERRORISTI FI FRANZA

12:45 – jintemm l-assedju tal-Pulizija

11:13 – filmati ġodda juru uħud mill-arresti li saru dalgħodu f’Saint-Denis

10:57 – fl-isplużjoni ta’ dalgħodu nqatel ukoll kelb tal-Pulizija bl-isem ‘Diesel’

10:52 – il-President Franċiż Hollande jsejjaħ laqgħa ta’ emerġenza għall-Kabinett fil-Palazz Elysee

10:49 – konfermat illi huma 4 il-Pulizija li sfaw feruti dalgħodu

10:39 – il-ħidma tal-Pulizija u s-suldati hija immirata biex jinqabad il-persuna li qed jingħad illi kien il-moħħ wara l-attakki terroristiċi ta’ nhar il-Ġimgħa bil-lejl f’Pariġi

10:25 – “Bżajt u inħbejt taħt is-sodda. Rajt ukoll it-tielet sular ta’ blokka appartamenti jisplodi” – ix-xiehda ta’ persuna li joqgħod fl-istess triq fejn qed issir l-operazzjoni mis-suldati armati u l-Pulizija

10:20 – il-ħwienet kollha fiz-zona inżammu magħluqin

10:05 – Place Victor Hugo, qrib it-triq fejn hemm l-appartament tat-terroristi, kompletament vojta min-nies

09:47 – il-President Franċiż Francois Hollande jinsab fil-Palazz Elysee fejn qed ikun kontinwament aġġornat dwar din is-sitwazzjoni delikata

09:45 – diversi persuni f’Saint-Denis għadhom imsakkrin ġewwa djarhom

09:42 – ġurnalisti fil-post qed jirrapurtaw li s-sitwazzjoni issa hija ftit aktar kalma, għalkemm l-operazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja

09:33 – fl-appartament għad hemm persuna moħbija

09:24 – ikompli l-assedju fuq l-appartament f’Saint-Denis fejn qed jingħad li għad hemm persuna jew persuni suspettati terroristi

09:13 – iz-zona fejn għaddejja din il-ħidma hija waħda residenzjali, għalkemm hemm ukoll ħafna negozji

09:12 – rapporti ġodda qed jindikaw li dawk arrestati f’din l-operazzjoni huma ħamsa

09:00 – raid mill-Pulizija fuq lukanda fiz-zona ta’ Bobigny

08:57 – theddida ta’ bomba fuq it-titjira numru 55 tal-AirFrance; issir tfittxija fuq l-ajruplan

08:55 – l-awtoritajiet f’Pariġi waqqfu il-Metro Line 13

08:52 – arrestati tliet persuni waqt din l-operazzjoni sensittiva f’Saint-Denis

ARA L-FILMAT F’DAN IL-LINK

08:51 – għajnejn il-media internazzjonali fuq dak kollu li qed jiġri f’Saint-Denis fejn għaddejja ħidma mill-Pulizija u s-suldati biex jidħlu f’appartament fejn hemm terroristi miġbura

08:30 – konferma li mara splodiet lilha innifisha f’Saint-Denis fit-tramuntana ta’ Pariġi

08:20 – konfermati li ġew midruba 4 Pulizija Franċiżi

07:05 – numru kbir ta’ suldati jaslu fil-post

saitn denis 1

05:30 – is-Sindku ta’ Saint-Denis jappella biex in-nies jibqgħu fi djarhom; l-iskejjel mhux se jinfetħu

05:00 – tensjoni fil-kwartieri qrib Stade de France; ir-residenti jinżammu fi djarhom

04:30 – jibda assedju fuq appartament fin-naħa ta’ fuq ta’ Pariġi fejn hemm moħbija grupp ta’ terroristi

ambulanzi

Il-mappa t’hawn taħt tindika il-post fejn hemm l-appartament li fih kienu qed jgħixu t-terroristi. Sid l-appartament kien intervistat mill-ġurnalisti u qal li hu kera l-post tiegħu lil dawn in-nies iżda ma kienx jaf min huma. L-appartament jinsab viċin ħafna tal-istadium nazzjonali f’Saint-Denis.

mappa