Terz taż-żagħżagħ li weġġgħu fl-inċident li seħħ fl-istabbilment PlusOne ta’ Paceville għandhom anqas minn 17-il sena. Dan kien ikkonfermat minn kelliema għall-Pulizija, li kkonfermat li 23 mill-74 midruba kellhom bejn it-13 u s-16-il sena.
Żewġ żgħażagħ, ta’ 17 u 18-il sena, kienu arrestati b’rabta mal-inċident fl-istabbilment li seta’ wassal għar-rassa fit-taraġ ta’ barra. Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ gass minn xi difett f’impjant tal-arja kundizzjonata, magna tad-dħaħen jew pompi tal-magni li jferrgħu l-luminati.
Minn informazzjoni li nġabret mill-investigazzjonijiet, jirriżulta li żewġ bibien ta’ emerġenza fil-PlusOne jinfdu fl-istabbilimenti tal-biswit.
F’kumment lil The Times of Malta, Espert fis-Saħħa u s-Sigurtà qal li minnhom infushom, dawn il-bibien m’humiex illegali. Madankollu, wieħed irid jara kemm verament dawn huma effettivi f’każ ta’ emerġenza u jekk tkun trid isseħħ evakwazzjoni ta’ malajr.
//= $special ?>