Franza tinsab fi gwerra kontra t-terroriżmu. Hekk sostna l-President Franċiż Francois Hollande meta ftit tal-ħin ilu indirizza lis-sindki tal-pajjiż.
“Din hija gwerra. Gwerra li inbdiet mit-terroristi stess. It-terroristi għandhom armata, għandhom il-finanzi, għandhom territorju li qed joperaw minnu, għandhom kompliċi fl-Ewropa u anke fi Franza”, sostna Hollande.
Hollande kien qed jindirizza din l-assemblea ftit tal-minuti biss wara li intemm l-assedju tal-Pulizija fuq appartament f’Saint-Denis fejn ġew arrestati 7 terroristi.
//= $special ?>