Internazzjonali

Ritratt: Il-bomba li użaw l-ISIS biex iwaqqgħu l-ajruplan Russu

L-ISIS ippubblikaw ritratt tal-bomba li użaw biex waqqgħu l-ajruplan Russu x-xahar li għadda fl-Eġittu.

Ir-ritratt juri bott xarba ‘Schweppes’, li skont il-magazin uffiċjali tal-ISIS, kien jikkonsisti f’bomba li nħadmet apposta biex jitwaqqa’ l-ajruplan Russu.

224 persuna mietu meta twaqqa’ l-ajruplan fuq il-penisola ta’ Sinaj fl-Eġittu. Ir-ritratt juri l-oġġetti skont l-ISIS intużaw biex twaqqa’ l-ajruplan.