L-Arġentina kisbet l-ewwel rebħa tagħha fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja meta għelbet lill-Kolombja 1-0. It-tim immexxi minn Gerardo Martino kien beda l-impenji b’telfa kontra l-Ekwador u wara kiseb drojiet kontra l-Parwagaj u l-Brażil. Kien għalhekk li l-pressjoni fuq l-Arġentina bdiet iżżid imma minkejja li dawn kienu mingħajr plejers importanti bħal ma huma Messi u Aguero irnexxielhom jieħdu t-tliet punti. Ta min jinnota li din kienet l-ewwel darba f’dawn l-aħħar seba’ partiti li l-Kolombja tilfu f’darhom.
L-ewwel ċans tal-partita wasal għand l-attakkant ta’ Napoli Higuain li ra x-xutt tiegħu jmur għoli wara li kien irċieva mingħand Angel Di Maria. L-Arġentina fetħu l-iskor tmien minuti wara meta Zapata naqas milli jikklirja cross ta’ Lavezzi, anke minħabba l-kunidzzjoni ħażina tal-ħaxix, u BANEGA kien pront approfitta billi skurja mill-viċin u għamel l-iskor 1-0.
Wara dan il-gowl kien hemm reazzjoni tal-Kolombja li ippruvaw iġibu d-draw imma l-gowlkiper tal-Arġentina salva tajjab xutt tal-plejer ta’ Milan Carlos Bacca.
Fit-tieni taqsima r-ritmu tal-partita naqas drastikament u l-iskor finali baqa’ dak ta’ 1-0 favur l-Arġentina. Il-logħba li jmiss għall-Arġentina hi f’Marzu meta dakinhar jilagħbu kontra ċ-Ċili filwaqt li l-Kolombja jiltaqgħu kontra l-Bolivja.
//= $special ?>

