Lokali

Traffiku kbir fl-inħawi tar-Rabat

Ritratti li rċieva Netnews.com.mt juru traffiku kbir fl-inħawi tar-Rabat.

Filfatt ir-residenti tar-Rabat u l-inħawi, jiġifieri wkoll dawk li joqgħodu Ħ’Attard, Ħad-Dingli, l-Imdina u l-Imtarfa, ilhom ġimgħat sħaħ jaffaċċjaw sitwazzjoni ta’ devjazzjonijiet kontinwi matul il-vjaġġi tagħhom. Dan minħabba xogħlijiet li saru fil-jiem ta’ qabel is-Summit u ċ-CHOGM.

Fl-aħħar ġimgħat Triq l-Imdina kienet magħluqa diversi drabi minħabba xogħlijiet li saru ħdejn it-traffic lights qrib il-Ġonna ta’ San Anton, ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħ’Attard, u fl-aħħar jiem ukoll il-parti li minn ħdejn l-Isptar Mount Carmel twassal sar-roundabout ta’ taħt is-Saqqajja. Din l-aħħar parti kienet diġa’ saret ftit xhur ilu u reġgħet inqalgħet mill-ġdid.

Fl-aħħar jiem sar ukoll xogħol fit-Telgħa tas-Saqqajja, kif ukoll f’roundabout hekk kif wieħed jitla’ din l-istess telgħa. Dawn ix-xogħlijiet kollha wasslu għal devjazzjonijiet kontinwi għal ġimgħat sħaħ.

L-alternattivi ma tantx huma aħjar, hekk kif is-sewwieqa qed ikollhom jgħaddu minn Ta’ Qali, fejn partijiet huma kollha mimlija ħofor, jew inkella mill-Imtarfa, fejn suppost kellu jitlesta proġett ta’ infrastruttura fin-Nigret li madankollu għadu mhux lest.

FullSizeRender