Internazzjonali

FILMAT: Ajruplani Russi fl-azzjoni kontra l-ISIS

Filmat li nħareġ mill-Ministeru tad-Difiza Russu ta’ ajruplani Russi fl-azzjoni kontra l-ISIS fl-ewwel reazzjoni għal dak li ġara f’Pariġi.

Jirriżulta li r-Russi issa qed jibbumbardjaw l-ISIS matul il-ġurnata biex imbagħad hekk kif jidlam, jidħlu fl-azzjoni l-ajruplani Amerikani u Franċiżi.

Ir-Russi bdew ukoll jużaw bombers (li jidhru fil-filmat) li kienu inbnew biex jibbumbardjaw l-Istati Uniti u qed jitilqu mir-Russja. Dawn kienu bombers tat-tip Tu-160 Blackjack , Tu-95M Bear   u  Tu-22M3 Backfire u b’kollox kien hemm 25 minnhom.