Lokali

Filmat: Internet bi speed qawwi għaċ-CHOGM

Matul is-Summit dwar l-immigrazzjoni li sar f’pajjiżna, madwar elf persuna għamlu użu mill-internet b’bandwith ta’ iktar minn Gigabit fil-Forti Sant’Iermu.

Madwar 490 persuna ohra fl-istess waqt ħadmu permezz ta’ WIFI f’kull sala taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi kif ukoll f’partijiet komuni.
Biex dan seħħ, il-kumpanija GO installat fibre cable ta’ 4.2 kilometri matul il-Forti Sant’Iermu.

Iżda issa l-kumpanija għandha sfida ġdida hekk kif għat-tieni darba wara ċ-CHOGM tal-2005, ġiet fdata wkoll biex tipprovdi l-konnessjoni ta’ internet bi speed qawwi fil-Forti Sant’Anġlu waqt iċ-CHOGM ta’ ftit jiem oħra.

GO kellha sfida qawwija biex issir il-konnettivita’ fil-Forti Sant’Iermu u issa fil-Forti Sant’Anġlu mingħajr ma tintmiss il-ġebla, u allura ssir ħsara permanenti, kif ukoll mingħajr ma jkunx hemm wajers jew kejbils viżibbli.

Biex tħejji għaċ-CHOGM, GO qed tinstalla’ 125 konnessjoni ta’ internet bi speed qawwi li jilħqu sa 1 Gigabit jew aktar f’postijiet differenti f’Malta bi tħejjija. Dawn il-konnessjonijiet se jilqgħu għad-domanda qawwija ta’ linji tat-telefonija u l-internet minn linji fissi jew mobile matul l-avveniment kollu.