Internazzjonali

FILMAT: nies jaħarbu minn xita ta’ bullets

L-attakki tal-Ġimgħa f’Pariġi għadhom f’moħħ kulħadd. Kważi kuljum qed joħorġu rakkonti xokkanti ta’ nies li rnexxielhom jaħarbu mill-isparar tat-terroristi. U issa ħareġ l-ewwel video li juri biċ-ċar il-kruha tal-aggressjoni fuq postijiet li normalment il-Pariġini jiffrekwentaw fil-ħin liberu tagħhom.

Dan il-filmat juri l-attakk fuq wieħed mir-ristoranti fil-kapitali Franċiża, b’mara li tidher tiżgiċċa bi ftit ix-xita ta’ bullets li kissru l-ħġieġ kollu tal-istabbiliment.

Il-filmat ittieħed minn tliet cameras tas-sigurta’.