Tul il-ġurnata t’għada bejn is-7.30 u l-16.30 fil-Kulleġġ ta’ G.F. Abela, l-Imsida (il-Junior College), se ssir l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College (KSJC). Għal sena oħra l-elezzjoni se tkun bejn żewġ għaqdiet studenteski, l-Istudenti Demnokristjani Maltin (SDM) u l-dik tal-għaqda Soċjalista Pulse.
L-SDM ilhom f’maġġoranza fil-KSJC mill-2012, fejn minn dik is-sena l’hawn il-ħidma tal-għaqda fil-kulleġġ ġiet imsejħa “ħidma minn student għal student”. L-isem tal-kampanja tal-SDM ta’ din is-sena huwa ‘Together as One’.
Wara li f’tul dawn l-aħħar snin kien hemm kriżi fit-tmexxija fl-għaqda tal-Pulse, fejn ilha ma tieħu rebħa fi kwalunkwe elezzjoni fil-Kamp Universitarju mill-2011, din is-sena, l-għaqda soċjalista ħarġet b’isem għall-kampanja ‘Kun il-Bidla’.
Għada dan il-portal se jkun qed jaġġorna dak li jkun qed jiġri tul l-għadd tal-voti fl-Imsida.
//= $special ?>