Lokali

Ħafna Deputati Laburisti qed jibżgħu jitkellmu – Marlene Farrugia

Ħafna Deputati Laburisti qed jibżgħu jitkellmu fil-Grupp Parlamentari … Il-Gvern qed jimxi b’nuqqas ta’ trasparenza … Is-suppost Moviment Laburista qed imur kontra dak li wiegħed … Min-naħa tiegħi, għandi l-kuxjenza nadifa.

Dawn kienu wħud mill-punti li tqajjmu mill-eks Deputat Laburista Marlene Farrugia f’diversi intervisti li kellha fl-aħħar sigħat, wara r-riżenja tagħha mill-Partit Laburista. Ir-riżenja ġiet imfissra bħala kapitlu ieħor li juri kif il-Moviment ta’ Muscat qed ikompli jixxaqqaq.