Raġel ta’ 41 sena mill-Fgura kien akkużat li hedded lill-mara tiegħu b’arma tan-nar. Il-każ ġara nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru kmieni filgħodu. Minbarra li hedded lill-mara tiegħu, l-akkużat ġie mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar jew munizzjon jew xi imitazzjoni ta’ dawn l-oġġetti.
Kien akkużat ukoll li bl-imġiba ripetuta tiegħu u bl-użu jew bit-theddid tal-użu tal-arma tan-nar ikkaġuna biża’ fuq il-mara tiegħu li setgħet tintuża vjolenza kontra tagħha jew kontra l-proprjetà tagħha jew kontra xi ħadd mit-tfal tagħhom.
L-Ispettur Christabelle Chetcuti, li qed tmexxi l-Prosekuzzjoni, talbet lill-Qorti biex tipprovdi s-sigurtà fil-konfront tal-mara u talbet ukoll għall-konfiska tal-arma u l-munizzjon. Ir-Raġel qiegħed ikun assistit mill-Avukat Jason Azzopardi.
//= $special ?>
