Il-kuntratt ma’ Vitalis Global Healthcare, li se jwassal għall-privatizzazzjoni tal-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech, kif ukoll l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, għadu ma ġiex iffirmat.
Din l-ammissjoni saret mill-Ministru tas-Sahha Konrad Mizzi stess meta lbieraħ filgħaxija kien mistieden fil-programm Dissett.
In-nuqqas ta’ trasparenza min-naħa tal-Gvern spikkat ukoll waqt din l-intervista, hekk kif il-Ministru Mizzi ħarab għal darb’oħra milli jikkommetti ruħu meta se jkunu ppubblikati l-kuntratti.
Hu biddel ukoll il-verżjoni dwar l-Avviż Legali li ħareġ f’Awwissu li għadda u li permezz tiegħu, żvilupp f’żona ta’ Sptar ma jkollux bżonn applikazzjoni ta’ żvilupp mal-MEPA.
Madankollu, issa Konrad Mizzi qed jgħid li dan l-Avviż Legali ma daħalx fis-seħħ u li l-iżvilupp fl-Isptar ta’ Għawdex u l-Isptar San Luqa se jsir skont il-proċeduri eżistenti tal-MEPA.
//= $special ?>