Lokali

Il-PN jinnonima l-Marlene Farrugia biex tibqa’ tmexxi l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil innomina lid-Deputata, issa Indipendenti, Marlene Farrugia biex tibqa’ tmexxi l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp fil-kariga ta’ Chairperson.

It-Tlieta li għadda, Marlene Farrugia rriżenjat mill-Partit Laburista, mill-Grupp Parlamentari Laburista u minn Chairperson tal-Kumitat Parlamentari wara li vvutat mal-Oppozizzjoni u kontra l-Gvern fuq żewġ Emendi mressqa mill-Oppozizzjoni fil-Parlament dwar it-twaqqif tal-Awtorità dwar l-Ambjent.

Il-Vot ta’ Marlene Farrugia favur Emendi tal-Oppożizzjoni seħħ wara li l-Gvern ta’ Joseph Muscat reġa’ mar kontra dak li kien wiegħed fil-Manifest Elettorali tiegħu stess.