Futbol Sport

Intervista: “Jien Musulman imma kontra l-ISIS” – Abdelkarim Nafti

“Il-Musulman iħobb lil kulħadd, jgħix ma kulħadd, ma jagħmilx il-ħażin lil ħadd, irid it-tajjeb lil kulħadd. Jista’ jiżbalja kulħadd, anke’ Kristjan, imma ma jfissirx li l-Musulmani kollha huma ħżiena.”

Kliem l-attakkant Tuneżin ta’ Valletta F.C, AbdelKarim Nafti, li f’intervista lil Replay (Net Television) jesprima r-rabja u d-diażppunt tiegħu għall-attakki terroristiċi f’Pariġi u bliet oħra.

“Aħna l-Musulmani kontra dawn l-affarijiet,” jispjega Nafti. “Irridu ngħixu ħajja tajba. Il-Musulmani vera, ġejjin minn fejn ġejjin, iridu jgħixu ħajja tajba.”

Fil-kummenti tiegħu, Nafti jfakkar li mal-1,400 sena ilu l-Musulmani u l-Lhud kienu jgħixu flimkien, għaliex “m’hemmx differenzi bejn ir-reliġjonijiet. Kulħadd irid jgħix b’mod tajjeb flimkien.”

“Jien Musulman u kontra l-ISIS,” jispjega Nafti li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jħobb jgħix, jaħdem u jemmen fl-affarijiet it-tajba. Fuq kollox jappella li azzjoni ta’ 1% mill-Musulmani ma tistax tagħmel lill-Musulmani kollha ħżiena.