Lokali

Ir-realtà hi ferm differenti minn kif ħaduha d-Deputati Laburisti – Michael Briguglio

Fl-eku tar-riżenja ta’ Marlene Farrugia minn Deputat Laburista u mill-Partit Laburista, l-Ambjentalista Michael Brigulio jgħid li minkejja l-atteġġjament li jippruvaw jieħdu d-Deputati Laburisti quddiem din is-sitwazzjoni, ir-realtà hi waħda ferm differenti.

Waqt il-programm Newsfeed fuq NET Television, Briguglio qal li din hi attitudni mibnija fuq il-maġġoranza elettorali li l-Partit Laburista kiseb fl-aħħar elezzjoni. Madankollu, isostni li kif ġiet, din il-maġġoranza tista’ terġa’ tintilef.

Bħalissa l-Gvern qed jiffaċċja kritika qawwija dwar l-Ambjent, tant li dan kien waħda mir-raġunijiet li wasslu għar-rizenja ta’ Marlene Farrugia mill-Partit Laburista. Il-politika ambjentali attwata hi ferm differenti minn dik li l-Partit Laburista kien iwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Michael Brigulio sostna li mhux biss il-Gvern Laburista ma żammx il-wegħdiet elettorali, iżda minflok ma jappoġġja lill-Ambjentalisti, mar fuq in-naħa tal-iżviluppaturi l-kbar.