Rugby Sport

Malta tħejji għal kontra l-Kroazja

Nhar is-Sibt li ġej, it-tim nazzjonali Malti immexxi mill-kowċ Damien Neil se jkun qed jilgħab kontra r-Republika Ċeka. Din se tkun logħba mit-Tieni Diviżjoni Grupp A ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej. Il-logħba tintlagħab fil-grawnd ta’ Kordin u tibda fis-2pm.

Wara t-telfa ta’ 34-27 fi tmiem il-ġimgħa fi Split kontra l-Kroazja, issa l-Maltin se jilagħbu kontra l-liders tal-klassifika ta’ Grupp A mit-Tieni Diviżjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, Neil qal li kontra l-Kroazja it-tim Malti kellu ħafna mill-pussess imma żewġ żbalji fl-ewwel taqsima wasslu għal żewġ tries tal-avversarji u kien hawn li nbidel l-andament tal-logħba.

Minkejja dan Neil jinsab fiduċjuż li għal logħba tas-Sibt kontra r-Repubblika Ċeka il-plejers Maltin se jqumu għall-okkażjoni u jkollhom wirja tajba kontra tim li fiżikament hu ferm aktar b’saħħtu minn dak Malti.

James O’Brien se jkun nieqes minħabba injury u b’hekk, il-kicker tat-tim nazzjonali issa se jkun Toby Quarendon li kontra l-Kroazja skorja erba’ penalties u għamel żewġ conversions.

Intant il-Malta Rugby Football Union, illum se torganizza partita ta’ esibizzjoni b’risq il-karita’ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi eks-players fl-okkażjoni tal-15-il sena mill-ewwel logħba uffiċjali internazjonali li Malta kienet lagħbet kontra l-Moldova fl-2003. Il-logħba tibda fil-5pm.

Minn dakinhar ‘l hawn it-tim Malti lagħab 62 partita fejn minnhom rebaħ 30, 18 minnhom f’pajjiżna.