Lokali Newsdesk

NEWSDESK: Il-Moviment ta’ Muscat ikompli jixxaqqaq

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-Moviment ta’ Joseph Muscat wara r-riżenja tad-deputat Marlene Farrugia mill-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista. Għal dan il-programm ġew mistiedna l-opinjonisti Dione Borg u Manuel Micallef.

Ir-riżenja ta’ Marlene Farrugia mill-Partit Laburista hija prova li l-Moviment li bena Joseph Muscat qed ikompli jixxaqqaq? Marlene Farrugia telqet mill-Partit Laburista għax fehmet li l-Moviment ta’ Joseph Muscat huwa mibni fuq l-ingann?

NEWSDESK: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.