Il-Pulizija Belġjana bħalissa għaddejja b’numru ta’ raids fil-kapitali. Diversi rapporti qed jindikaw li fil-mira ta’ dawn ir-raids hemm gruppi ta’ terroristi.
Il-ħidma tal-Pulizija u s-suldati Belġjani hija immirata biex jinqabdu nies qrib Bilal Hadfi (ritratt) u Salah Abdeslam.
Molenbeek huwa wieħed mill-postijiet fejn qed isiru dawn ir-raids kontra t-terroriżmu. Saru ukoll raids f’Laeken fil-periferija ta’ Brussell.
Sadatant, ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls wissa dwar il-possibilta’ ta’ attakk b’armi kimiċi mit-terroristi.
Fi żviluppi oħra, video ġdid maħruġ mill-ISIS juri li anke New York tista’ terġa’ tispiċċa fil-mira tat-terroristi.
//= $special ?>