Ftit tal-ħin ilu il-Korp tal-Pulizija kkonferma li l-pakkett suspettuż li nstab wara r-residenza tal-ambaxxatriċi Franċiża ma’ kienx ta’ periklu u li għaldaqstant il-Pulizija u l-membri tal-Armata li kienu fuq il-post jinvestigaw dan il-pakkett, kienu se jitilqu minn fuq il-post.
Aktar kmieni …
Il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga kaxxa suspettuża li tinsab biswit ir-residenza tal-ambaxxatriċi Franċiża f’Ħaż-Żebbuġ. Dan kien ukoll ikkonfermat lilna mid-Depot fil-Furjana.
Jidher li kmieni dalgħodu daħal rapport fid-Depot li kien hemm kaxxa suspettuża wara r-residenza tal-ambaxxatriċi Béatrice le Fraper du Hellen. Mal-ewwel waslu fil-post membri mill-armata li qed janalizzaw din il-kaxxa, bl-awtoritajiet jimxu b’kawtela kbira.
//= $special ?>