Illum fi Brussell se tkun qed issir laqgħa importanti tal-Ministri tal-UE għall-Ġustizzja u l-Intern fejn se jiġu diskussi l-proposti għall-għeluq tal-fruntieri bil-għan li l-Ewropa tilqa’ aktar għat-theddida tat-terroriżmu.
Dokument ta’ sitt paġni li se jkollhom quddiemhom il-Ministri Ewropej juri li l-UE trid issaħħaħ il-fruntieri tagħha b’kull mezz possibbli. Dan se jaffetwa wkoll il-moviment ħieles taċ-ċittadini Ewropej.
Miżuri oħra jinkludu pjan ċar kontra t-terroriżmu u azzjoni biex tissaħaħ is-sigurta’ fil-pajjiżi membri.
//= $special ?>