“F’dik li hi għajnuna umanitarja, Malta għandha tagħti għajnuna lil kulħadd, kemm lil Franza u jekk ikun hemm feruti tal-Istat Iżlamiku trid tagħti l-għajnuna lilhom ukoll”. L-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici qal dan meta kien intervistat mis-sit inewsmalta.com.
Fl-intervista, Karmenu Mifsud Bonnici qal li jekk Malta tagħti permess biex jidħlu bastimenti Franċiżi fil-port, trid tagħti l-istess faċilità lill-Istat Iżlamiku.
L-intervista mis-sit inewsmalta.com ma’ Karmenu Mifsud Bonnici saret fid-dawl tal-għajnuna li Franza talbet lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea skont it-trattati tal-UE wara l-attakki f’Pariġi.
KMB żied li li Malta m’għandiex tidħol fil-gwerra li ddikjarat Franza kontra l-Istat Iżlamiku.
Dwar il-possibilta’ li l-Franċiżi jużaw il-port Malti minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-gżejjer Maltin, KMB iżid jgħid li “jekk inħallu bastimenti armati ta’ Franza, għandna nħallu bastimenti armati tal-Istati kollha.
//= $special ?>