Aġġornata
Jinqatlu 27 persuni f’attakk fuq il-lukanda Radisson f’Bamako
Il-lukanda Radisson Blu tal-Mali kienet fic-centru ta’ attakk minn terroristi Gihadisti li llum assedjaw il-lukanda fil-kapitali Bamaku u fejn matul l-attakk inqatlu tal-anqas 27 persuna. Ghal hin twil kienu qed jinzammu mal-170 ostagg.
Minkejja li ufficjali fil-Mali qed jghidu li ma fadalx aktar ostaggi gol-lukanda, ghad hemm sitwazzjoni ta’ kriżi f’Bamako.
Il-qawwiet speċjali, fl-aħħar sigħat, daħlu fil-Lukanda Radisson Blu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni wara li l-aggressuri, kmieni filgħodu, infiltraw il-kumpless fost ħafna sparar u għajjat ta’ Allahu akbar.
It-terroristi ħatfu madwar 170 ostaġġ, fosthom residenti u membri tal-istaff tal-lukanda. F’din il-vjolenza mietu tal-anqas 27, b’numru ta’ suldati jisfaw midruba.
L-indikazzjonijiet huma li n-numru ta’ vittmi jiżdiedu fis-sigħat li gejjin. Wieħed mill-mejtin kien identifikat bħala membru parlamentari tal-Belġju.
Il-qawwiet speċjali Amerikani stazzjonati fil-Mali kienu qed jgħinu fl-impenn biex gew salvati l-ostaġġi f’Bamako, b’qawwiet speċjali ta’ Franza jintbagħtu lejn iz-zona ta’ krizi.
Filwaqt li d-dinja tinsab fuq allert wara l-attakki terroristiċi tal-ġimgħa l-oħra f’Pariġi, ma dehret l-ebda konnessjoni bejn l-istraġi fil-Mali u l-attakki fi Franza li ħallew għexieren ta’ mejtin u midruba.
Il-President ta’ Franza, Francois Hollande, ħeġġeġ lid-dinja biex turi s-solidarjetà ma’ Mali, eks-kolonja Franċiża, u sosstna mill-ġdid il-ħtieġa biex il-pajjiżi jżommu sod fil-konfront tat-terroriżmu.
//= $special ?>