Edukazzjoni Lokali

L-SDM tirbaħ ir-rappreżentanza sħiħa tal-Junior College

L-għaqda studenteska SDM rebħet għar-raba’ sena konsekuttiva l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) b’ċelebrazzjonijiet barra l-Junior College malli sar magħruf ir-riżultat.

Dan ifisser li s-SDM se tirrapreżenta l-Junior Cllege għar-raba’ sena konsekuttiva, bl-aħħar tliet elezzjonijiet din l-għaqda jirnexxielha teloeġġi l-kandidati kollha; sebgħa.

B’hekk matul din is-sena l-KSJC se jkun iffurmat kif ġej:

President: Keith Grima
KPS: Martina Galea Mascari
Segretarju Ġenerali: Kurt Bezzina
Uffiċjal Finanzjarju: Emma Mallia
PRO: Julian Zammit Lupi
KE: Jake Stensen
KKD: Svein Bartolo

L-artiklu jkompli taħt il-filmat …

Aktar kmieni: Jidher li għal din is-sena t-turnout għal din l-elezzjoni kien ta’ 79.24%, nuqqas ta’ 0.71% meta mqabbel mad-79.95% tas-sena l-oħra.

11201903_843206305776651_3529761042493918860_n
(Statistika maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali tal-KSJC)

F’dawn il-ħinijiet, fil-Junior College qed isir l-għadd tal-voti tal-elezzjoni għall-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) bejn l-għaqdiet studenteski Studenti Demokristjani Maltin (SDM) u Pulse.

Fl-elezzjoni ta’ din is-sena, ir-rappreżentanti tal-istudenti f’isem l-SDM kienu Kurt Bezzina, Emma Mallia, Julian Zammit Lupi, Keith Grima, Svein Bartolo, Martina Galea Mascari u Jake Stensen.

Min-naħa l-oħra, il-kandidati tal-għaqda Soċjalista Pulse kienu Claude Abela, Jennifer Bertone, Zack Cassar, Leonie Mifsud, Ryan Attard, Tiffany Mangion u Luke Mifsud.

Dan il-portal se jkun qed jaġġorna b’mod regolari bl-aħħar aħbarjiet mill-Imsida.