Lokali

“Malta saret id-destinazzjoni għall-estremisti” – espert tal-Islam

L-arrest taż-żewġ Sirjani lbieraħ fl-ajruport ta’ Bergamo jkompli juri kif Malta saret id0destinazzjoni ġdida li qed jużaw il-jihadisti, jew aħjar estremisti Iżlamiċi.

Kliem l-espert tal-Islam Giovanni Giacalone f’artiklu ppublikat fuq il-Corriere della Sera, fejn jingħad li l-arrest tal-bieraħ wassal biex il-Pulizija Taljana saħħet l-investigazzjonijiet u kontrolli għal dawk li qed jaqsmu lejn Malta.

Giacalone, Iżlamologu u espert tal-Iżlam li jispeċjalizza fuq ir-radikaliżmu fil-Mediterran u l-Balkani, jgħid li l-istorja bdiet minħabba r-relazzjoni mill-qrib ta’ ħafna bejn l-Iżlamiċi li jgħixu f’pajjiżna u r-reġim ta’ Gaddafi.

“Gaddafi kien jirrappreżenta l-wiċċ moderat tad-dinja Musulmana, li kienet tirrifletti wkoll fuq ir-realta’ f’Malta. Imbagħad l-affarijiet inbidlu,” jkompli Giacalone b’riferenza għall-mewt ta’ Gaddafi u tmiem ir-reġim tiegħu.

Jinnota li f’pajjiżna hawn ħafna persuni “mit-Turkija, il-Libja u pajjiżi oħra fejn jeżisti r-radikaliżmu u l-jihad.”

“Malta hu każ ta’ studju interessanti ħafna imma inkwetanti, li rridu nżommu taħt għajnejna,” jwissi dan l-espert.