Tiddikjara li qed tivvota favur it-trasparenza u l-ambjent u kontra l-korruzzjoni
Id-Deputat Marlene Farrugia ddikjarat fil-Parlament li l-mod kif qiegħda tivvota (favur emendi mressqa mill-Opożizzjoni) hu vot importanti favur it-trasparenza u favur il-ħarsien tal-ambjent, u kontra l-korruzzjoni.
Jien irrid b’mod that that “I stand up to be counted”, u se nivvota favur l-ambjent u kontra l-korruzzjoni.
Id-Deputat Speaker Ċensu Galea talab li d-deputati favur l-emenda jqumu bilwieqfa, fejn id-Deputat Marlene Farrugia ivvutat mal-Oppożizzjoni favur l-emenda tal-Oppożizzjoni. 25 deputat ivvutaw favur.
Wara kienu d-deputat tal-Gvern li qamu bilwieqfa u vvurtw kontra l-emenda tal-Oppożizzjoni. 34 deputat ivvutaw kontra.
Id-Deputat Marlene Farrugia reġgħet ivvutat għat-tielet darba f’ġimgħa, kontra l-Gvern u favur emenda oħra mressqa mill-Oppożizzjoni f’vot ieħor li għadu kemm ittieħed fil-Parlament dwar klawsoli li l-Gvern qiegħed iressaq fil-liġi li se tkun qed twaqqaf l-Awtorità dwar l-Ambjent.
Fl-emenda tal-Oppożizzjoni, kien qiegħed jiġi propost li l-Bord ikollu tliet membri nominati mill-ENGOs. Dan irid isir fi żmien xahar minn meta javżahom il-Ministru għall-Ambjent, u li jekk huma ma jagħmlux dan, ikun il-gvern li jinnomina lit-tliet membri. L-ENGOs iridu jaqblu bejniethom dwar dawn il-membri.
L-emenda tal-Oppożizzjoni m’għadditx, bid-Deputat Marlene Farrugia, li nhar it-Tlieta vvutat ukoll darbtejn kontra l-Gvern, tivvota wkoll favur l-emenda tal-Oppożizzjoni.
Qabel ma ttieħed il-vot, id-Deputat Speaker Ċensu Galea talab li d-deputati favur l-emenda tal-Oppożizzjoni jqumu bilwieqfa, fejn id-Deputat Marlene Farrugia ivvutat mal-Oppożizzjoni favur l-emenda tal-Oppożizzjoni. 25 deputat ivvutaw favur.
Wara kienu d-deputat tal-Gvern li qamu bilwieqfa u vvutaw kontra l-emenda tal-Oppożizzjoni. 34 deputat ivvutaw kontra.
//= $special ?>