Wara l-attakki ta’ Pariġi u r-raids f’Saint-Denis, feġġew diversi stejjer t’eroj li għamlu ħilithom biex naqqsu l-impatt tal-istraġi mit-terroristi. Fost dawn, l-istorja ta’ Disel, il-kelba Franċiża li mietet waqt wieħed mir-raids li saru mill-Pulizija Franċiża.
F’jumejn, il-hashtags #JeSuisChien u #RIPDiesel saru popolari fuq twitter, b’eluf isellmu lil Diesel għall-kontribut tagħha ftit qabel ma ntemm l-assedju fuq appartament f’Saint-Denis.
Diesel, kelba ta’ 7 snin, mietet meta mara li kienet fl-appartament, spolidiet lilha nnifisha. Aktar tard irriżulta li fost il-mejta fl-istess appartament kien hemm ukoll Abdelhamid Abaaoud, meqjus bħala l-moħħ wara l-attakki f’Pariġi.
Klieb bħal Diesel huma indispensabbli fix-xogħol li jagħmlu l-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu.
Ritratt: Diesel f’Saint-Denis ftit minuti qabel ma nqatlet f’wieħed mir-raids
//= $special ?>