Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kienx ċar dwar jekk jaqbilx li d-Deputat Marlene Farrugia terġax tmexxi l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent. Dan wara li Farrugia rriżenjat mill-Kumitat li kienet tmexxi meta rriżenjat ukoll mill-Grupp Parlamentari Laburista u mill-Partit Laburista.
Filwaqt li staqsa lill-Prim Ministru għaliex ma jridx li Marlene Farrugia terġa’ tibda tmexxi dan il-Kumitat, NETnews staqsieh ukoll jekk ikunx lest li jħalli lil Marlene Farrugia tmexxi l-Kumitat dwar l-Ambjent, anke jekk l-Oppożizzjoni toffri siġġu minn tagħha fil-Kumitat lil Marlene Farrugia.
Il-kummenti ta’ Muscat saru wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-għaqdiet ambjentali appellaw biex Marlene Farrugia terġa’ tibda tmexxi l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent. Madankollu, din il-proposta qed issib oppożizzjoni qawwija mill-Prim Ministru.
//= $special ?>